Madwar miljun dimostrant favur li jsir referendum ieħor dwar Brexit, ħarġu fit-toroq jipprotestaw malli l-Membri Parlamentari Ingliżi vvotaw 322 favur kontra 306 biex idewmu l-ftehim ġdid dwar Brexit ta’ Boris Johnson.
Id-dimostranti, li vvjaġġaw minn madwar ir-Renju Unit, bdew bil-protesti minn Park Lane sakemm waslu quddiem il-Parlament Ingliż. Hekk kif il-membri parlamentari iltaqgħu illum is-Sibt għall-ewwel darba wara 37 sena biex jiddiskutu l-aħħar ftehim ta’ Brexit.
Diversi membri parlamentari kellhom bżonn l-assistenza tal-pulizija malli ħarġu mill-Parlament hekk kif uħud mid-demostranti bdew jgħajtu u jintimidaw lil membri parlamentari Inliżi.