Skont rapport fil-midja Iranjana, persuna nqatlet u diversi oħra ndarbu waqt il-protesti li qed isiru madwar l-Iran, wara li l-gvern Iranjan ħabbar li se jkun qed jikontrolla d-distribuzzjoni filwaqt li għolla l-prezz tal-petrol.
Il-prezz tal-petrol għola minn tal-inqas b’50% matul il-jum tal-Ġimgħa.
Skont rapporti mill-aġenzija tal-aħbarijiet nazzjonali fl-Iran, qalu li diversi dimostranti attakkaw u ppruvaw jaħarqu maħżen tal-fjuwil f’Sirjan, fiċ-ċentru tal-Iran.
L-awtoritajiet naqqsu s-sussidji minn fuq il-prezzjijiet tal-petrol dan biex jitnaqqas l-impatt tas-sanzjonijiet li imponiet l-Istati Uniti li affettwaw ħażin l-ekonomija tal-Iran.