Matul il-jum tas-Sibt eluf inġabru f’Londra, Manchester u f’diversi ibliet oħra fl-Ingilterra sabiex jipprotestaw kontra r-razziżmu. Dawn il-protesti huma mnebbħa mill-mewt ta’ George Floyd fl-Amerika.
Minkejja li matul il-ġurnata l-protesti kienu paċifiċi, tard filgħaxija nqala kommossjoni barra Downing Street, fejn uħud mid-dimostranti bdew igaraw xi oġġetti lejn il-pulizija.
10 membri tal-pulizija sfaw feruti waqt l-istess protesta filwaqt li grupp ta’ 14-il persuna ġie arrestat wara li l-istess grupp kien se jkun qed juża l-vjolenza biex jesprimu r-rabja tagħhom.
Intant fuq Twitter is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan qal illi huwa wkoll jinsab muġugħ u rrabjat għal dak li ġara fl-Amerika, madanakollu il-vjolenza waqt il-protesti qed twaqqa l-importanza tal-kawża li għaliha qed isiru l-protesti.