Fis-settur tal-isport se jissoktaw il-preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, li se jsir is-sena d-dieħla. B’investiment ta’ €9 miljun, iċ-ċentru sportiv tal-Marsa se jkompli jinbidel f’ċentru sportiv ta’ livell internazzjonali. Fl-istess waqt, il-korsa tal-atletika se tinbidel fi trakka tal-aqwa livell.
F’din il-leġiżlatura se jitlestew ix-xogħlijiet fuq pixxina ta’ daqs olimpiku f’Bormla u x-xogħol fil-faċilitajiet sportivi f’dik li kienet l-iskola Marija Assunta fil-Ħamrun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI