Matul il-jum tal-lum issoktaw l-ispezzjonijiet fuq it-toroq ta’ pajjiżna, b’ħidma kkordinata minn diversi entitajiet tal-Gvern.
Fost l-oħrajn, segwejna din il-ħidma fil-Marsa, fejn numru kbir ta’ vetturi, inklużi dawk tal-Y Plates. Preżenti għal dawn l-ispezzjonijiet kien hemm uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija, Transport Malta u Identità, fost l-oħrajn.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News, jirriżulta li twaqqfu żewġ vetturi mingħajr liċenzja valida u ġew arrestati numru ta’ persuni li kienu fil-pajjiż irregolarment.
Tali spezzjonijiet, li qed isiru b’mod regolari, qed jgħinu wkoll biex jonqsu l-abbużi waqt li tinżamm l-ordni u s-sigurtà fuq it-toroq tagħna.