Bosta pajjiżi komplew jevakwaw liċ-ċittadini tagħhom u lid-diplomatiċi fis-Sudan hekk kif il-ġlied fil-kapitali ta’ dan il-pajjiż eskala.
Fost l-oħrajn, l-Istati Uniti u r-Renju Unit, l-Italja, it-Turkija, il-Ġappun u Franza fl-aħħar sigħat wettqu operazzjoni ta’ evakwazzjoni.
Bħalissa fis-Sudan għaddej ġlied kbir bl-użu tal-armi bejn żewġ forzi li qed jgħidu li ċertu territorju fil-pajjiż huwa tagħhom.
Ġie rrappurtat ukoll li kien hemm qbil sabiex ma jiġu sparati l-ebda tiri lejn ajruplani ta’ pajjiżi oħra.
Intant, l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa qalet li f’dan il-ġlied s’issa miet aktar minn 400 persuna u eluf oħra ndarbu. Minkejja dan, ħafna qed jaħdmu li n-numri huma ferm akbar.