Għat-tielet lejl konsekuttiv f’Ġerusalemm, issokta l-ġlied bejn il-Palestinjani u l-Pulizija fl-Iżrael, fost biża’ u tensjoni ta’ iktar vjolenza f’marċ nazzjonali li hemm skedat għat-Tnejn waranofsinhar.
Il-marċ annwali jimmarka l-kisba tal-Iżrael tal-Lvant ta’ Ġerusalemm fl-elf disa’ mija sebgħa u sittin u jara l-parteċipazzjoni ta’ eluf ta’ persuni li jmorru jimmarċjaw f’żoni Musulmani.
L-istess marċ huwa meqjus minn ħafna Palestinjani bħala provokazzjoni.
Uffiċjali tad-difiża qegħdin jappellaw biex il-marċ jitħassar fost il-vjolenza u tensjoni preżenti fil-belt.
Mijiet ta’ Palestinjani u aktar minn għoxrin uffiċjal tal-Pulizija fl-Iżrael indarbu fil-ġlied li kien hemm fl-aħħar tlett ijiem.