L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadet azzjoni mmedjata wara li fl-aħħar jiem itella’ fuq YouTube filmat li wera li seta’ jkun hemm ċertu periklu għal għawwiema li jmorru l-Pont tal-Qawra.
Dan minħabba biċċiet ta’ ħadid ippuntanti fiż-żona minn fejn ħafna jinżlu jgħumu. Dan il-post huwa popolari wkoll mat-tfal u wara li ttella’ l-artiklu online, l-MTA ħadet passi mmedjati biex dalgħodu dehru fuq il-post ħaddiema u inġenji li wettqu din il-biċċa xogħol. Iktar dettalji f’ONE NEWS tas-19.30.
Ritratti: Ray Tabone