Ġew ippublikati l-ismijiet tal-10 vittmi żgħażagħ tat-tim tal-futbol Flamengo li mietu mewta traġika wara li nħaraq il-bini li fih kienu reqdin.
Il-vittmi kienu qegħdin f’Ninho de Urubu, il-faċilitajiet tat-taħriġ tat-tim Brażiljan f’Rio de Janeiro.
Erbgħa minnhom kellhom14-il sena, 5 oħra kellhom 15-il sena u l-10 vittma kellu16-il sena.
Fl-istess inċident weġġgħu tliet żgħażagħ oħra, wieħed minnhom serjament.