Tul dawn l-aħħar ħames snin in-nies isselfu 3,873,121 ktieb mil-libreriji pubbliċi.
Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, waqt li kien qed iwieġeb misqtosija Parlamentari tad-Deputat Laburista Robert Abela. Bartolo qal kif f’kull sena, l-akbar għadd ta’ kotba ħarġu mil-librerija pubblika tal-Furjana – 816,098 jew 163 elf minn ras għal ras. Is-sena l-oħra sselfu 844,598.
Bħala lokalitajiet, wara l-Furjana, il-libreriji li l-aktar li sselfu kotba kienu dawk ta’ Birkirkara, in-Nadur u Ħal Qormi.
Għall-mistoqsija oħra tal-istess deputat, il-Ministru Bartolo qal li fl-2016, il-Malta Libraries xtrat 390 e-book u 11,301 kotba għal-libreriji pubbliċi.
In-nefqa totali għax-xiri ta’ dawn il-kotba kienet ta’ 87,658 ewro u 76 ewro-ċenteżmu.