Il-Kunsill tas-sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda mistenni jagħmel laqgħat ta’ emerġenza wara suspettat attakk kimiku fis-Sirja li ħalla għexieren ta’ persuni mejta u midruba.
L-attakk fil-belt miżmuma mir-ribelli ġab miegħu rabja internazzjonalment, bl-Istati Uniti u setgħat oħra jagħtu t-tort lill-gvern Sirjan għal dawn l-imwiet.
Uffiċjali f’Damascus ċaħdu li użaw xi armi.
L-attakk seħħ qabel konferenza fi Brussell li fiha sebgħin nazzjon ser jiddiskutu l-għajnuniet għas-Sirja.
Id-delegati jridu li jżidu l-aċċess umanitarju għal eluf ta’ persuni ċivili maqbuda fi ġlied.
Intant, il-gwerra ċivili fis-Sirja ilha għaddejja għal aktar minn sitt snin mingħajr ebda soluzzjoni politika sa issa.
Kwart ta’ miljun persuna tilfu ħajjithom minħabba l-ġlied, b’ħames miljun Sirjan kellhom jaħarbu mill-pajjiż, filwaqt li sitta oħra jinsabu mferrxin mal-pajjiż iżda ’l bogħod minn darhom.