Il-benefiċċju tal-kera se jkun qiegħed jiżdied b’mod sostanzjali għal kull tip ta’ familja.
Fil-fatt, il-massimu li persuna waħedha tista’ tirċievi se jiżdied minn €3,600 u għal €4,200. Dan filwaqt li familja b’wild wieħed se jkollhom żieda f’dan il-benefiċċju ta’ €600 għal €5,400.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk il-familji, li għandhom żewġ ulied jew aktar, se jibbenefikaw minn €6,000, b’żieda ta’ €1,000 fuq il-benefiċċju attwali.
Dan minbarra li se jkun qed jogħla l-minimu li jista’ jingħata għal mhux inqas minn €125 fix-xahar.