Marvic Mercieca ta’ 36 sena miż-Żebbuġ Għawdex li għandu l-vizzju tad-droga ngħata sentenza ta’ probation wara li fil-Qorti ta’ Għawdex ammetta li seraq xi pannelli fotovoltajiċi mill-garaxx tal-Ministeru għal Għawdex.
Mercieca nstab ħati wkoll li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti misruqin, li kiser l-ordnijiet ta’ probation u li hu riċediv.
L-14-il panella nsterqu f’Marzu tal-2019, iżda l-akkużat irritornahom meta nqabad.
Quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa ngħata sentenza ta’ 3 snin probation u kien ordnat jagħmel 100 siegħa ta’ xogħol volontarju fil-komunità.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.