Raġel ta’ 34 sena mill-Belt inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’serq ta’ flus kontanti minn kjosk li jammontaw għal €41.90ċ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.30a.m. tal-Erbgħa f’Putirjal, il-Furjana.
Huwa kien mixli li kkometta serq ta’ flus kontanti, li sar reċediv wara li huwa kien misjub ħati permezz ta’ diversi sentenzi mogħtija mill-Qrati ta’ Malta u li kiser il-kundizzjoni mogħtija lilu b’sentenza tal-Qorti.
L-imputat, li fil-Qorti qal ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu.
Meta ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti ħadet inkosiderazzjoni l-fedina penali tal-imputat u sussegwentement ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li qalet li mhix sodisfatta, li f’każ li l-imputat jingħata libertà proviżorja huwa jkun jista’ jaderixxi mal-kundizzjonijiet imposti fuqu.