Raġel liebes barnuża u nuċċali tax-xemx daħal f’ħanut tal-ġugarelli b’arma li taqta’ u bil-ponta u talab lill-impjegata ta’ 58 sena sabiex ittih il-flus f’Tas-Sliema. Waqt il-ħin tas-serqa ma kienx hemm klijenti fil-ħanut.
Il-każ seħħ għall-17:15 fi Triq Tignè, f’Tas-Sliema. Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma’ weġġa’ waqt din is-serqa. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Micallef Trigona LL.D li ordna li ssir Inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.