Aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom wara li nqatlu mill-Istat Islamiku, Daesh, wara li numru ta’ militanti splodew lilhom infushom f’kamp tar-refuġjati qrib il-fruntieri tas-Sirja mal-Iraq.
Il-militanti tal-grupp kienu qed jimmarkaw li jolqtu kamp tar-refuġjati ta’ persuni li qed ifittxu refuġju li ġejjin mis-Sirja u mill-Iraq, f’Raji al-Salibi, qrib il-villaġġ ta’ Shaddadi fil-provinċja Hassakeh.
L-istess militanti attakkaw membri mill-Forzi Demokratiki Sirjani li kienu stazzjonati biex iħarsu l-fruntiera.
Minn tal-inqas ħames membri mill-Istat Islamiku splodew lilhom infushom barra u kif ukoll ġewwa l-kamp tar-refuġjati, fejn kawża t’hekk mietu minn tal-inqas tlettin persuna li fosthom kien hemm ukoll suldati.