Pjazza Kastilja tinsab maħnuqa b’rigali b’imħabba hekk kif issa jidher li l-ajru żamm ftit u aktar rigali komplew jitpoġġew taħt is-siġra tal-Milied.
Fl-aħħar ħinijiet mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela flimkien mal-forzi tal-ordni komplew jilqgħu aktar rigali mingħand il-familji Maltin u Għawdxin biex f’dan il-Milied kull tifel u tifla jirċievu rigal.
Taħt is-siġra tal-Milied spikkaw il-kuluri sbieħ tar-rigali li se jmorru għal tfal vulnerabbli li minħabba sfidi jew ċirkostanzi oħra, ikun diffiċli għalihom li jirċievu rigal iżda bl-idea mnebbħa erba’ snin mis-Sinjura Abela u bintha Giorgia Mae, dawn il-festi se jnisslu wkoll ferħ fost it-tfal kollha.
Ir-raba’ edizzjoni ta’ Rigal bi Mħabba tagħlaq fis-7pm fost spettaklu mtella’ f’Villaġġ tal-Milied armat sabiħ quddiem il-Berġa ta’ Kastilja.