Il-frawla għandha għadd ta’ nutrijienti u vitamini, tħaddan il-magnesium, il-fibre, il-ħadid u l-vitamina B fost oħrajn. Il-Ħadd kien bħal qisu il-jum ddedikat għal din il-frotta.
Fost dawk li tkellimna magħhom kien hemm is-Sindku tal-lokal, Pawlu Vella li spjegalna kemm ilha tittella’ Festa Frawli.
“Din bdiet fl-2007, jiġifieri ilha sbatax-il sena imma imbagħad kien hemm żewġ edizzjonijiet li ma sarux minħabba l-Covid.”
Interessanti l-fatt kif numru konsiderevoli ta’ bejjiegħa ilhom jipparteċipaw sa mill-ewwel edizzjonijiet.
Kull min żar Festa Frawli, li hija mera tax-xogħol li jagħmel il-bidwi Imġarri, żgur li ma telaqx id-dar b’idu f’idu, kif anki jixdhu r-reazzjonijiet li slitna mingħand dawk preżenti, apparti li tkellimna wkoll ma għadd ta’ voluntiera ċkejknin.