Żewġ turisti mill-Ġorġja li kienu akkużati li poruvaw jesportaw munizzjoni ta’ shotgun illegalment stqarrew li kienu mqarrqa minn ħanut lokali.
Huma kienu arrestati fl-ajruport ta’ Malta il-Ħamis wara li l-munizzjon deher fl-X ray tal-bagalja tar-raġel.
Il-mara li kienet miegħu infurmat lill-Pulizija li hija wkoll kienet qed iġġorr kaxxa oħra b’munizzjoni.
Fil-Qorti, l-Ispettur Calleja fisser kif it-turisti ngħataw informazzjoni ħażina minn ħanut, imma billi ma kellhomx liċenzja biex jimpurtaw jew jesportaw munizzjon, il-Pulizija ma kellha l-ebda għażla ħlief li tarrestahom.
Iż-żewġ persuni ingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali €5,000 sakemm tingħata s-sentenza fi Frar li ġej.