Żagħżugħ ta’ 17-il sena ammetta li seraq il-flus mingħand iz-zija ta’ ommu minħabba l-vizzju tad-droga.
Fil-qorti ħareġ li żagħżugħ m’għandux saqaf fuq rasu minħabba li l-ġenituri tiegħu keċċewħ mid-dar.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat sabiex isir rapport qabel tingħata s-sentenza.
Għaldaqstant, il-Maġistrat ordnat li ż-żagħżugħ għalissa jinżamm fil-Faċilita Korettivà ta’ Kordin sakemm il-qorti tagħti sentenza adatta li tindirizza l-bżonnijiet tal-akkużat.