Raġel ta’ 50 sena mill-Ħamrun li nhar it-Tlieta ħareġ mill-ħabs tressaq il-Qorti fuq akkużi li darab gravi raġel ieħor fil-Marsa fl-istess jum li ħareġ minn Kordin
David Monsigneur wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea għal akkużi miġjuba kontrih.
Monsigneur saħaq li l-allegat vittma attakkah b’sikkina wara li talbu xi flus.
Fil-Qorti ntqal li l-akkużat kellu problemi ta’ droga, li bħalissa kien qed jindirizza u għamel progress
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lill-imputat fuq diversi kundizzjonijiet.