Jefrin Grech ta’ tlieta u erbgħin sena mill-Belt li jmexxi ħanut tal-ikel ma nstabx ħati li dejjaq lil ġirien b’ċumnija li waħħal fix-xaft.
Iċ-ċumnija twaħħlet f’Marzu elfejn u tlettax. Bi Grech ilmenta li kien għadda l-perjodu fejn seta jitressaq fuq l-akkuża.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud qal li l-azzjoni legali kellha tinbeda qabel Marzu 2015. Għal din ir-raġuni huwa nħeles mill-akkużi.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Priscilla Caruana.