Sid ta’ kumpanija li tieħu r-ritratti mill-ajru f’Seattle ngħata sentenza ta’ 30 jum ħabs wara li drone li kien qed juża baqa’ nieżel fuq mara u spiċċat intilfet minn sensiha.
Paul Skinner instab ħati li minħabba negliġenza darab persuna. Hu mifhum li dan huwa l-ewwel każ li ‘pilota’ ta’ drone ngħata sentenza ta’ ħabs.
Rapport tal-Pulizija jgħid li d-drone li kien qed jinstaq minn Skinner ħabat ma’ bini u baqa’ nieżel fuq folla nies fejn darab żewġ persuni.
Il-Maġistrat sostniet li filwaqt li tifhem is-sitwazzjoni li dan kien inċident u mhux apposta, il-pilota ta’ drone irid jifhem li poġġa fil-periklu l-ħajja ta’ persuni oħra.