Sewwieq ta’ mutur dalgħodu sab sufan fuq il-mutur tiegħu fi Triq Patri Wistin f’Marsaskala. F’messaġġ li poġġa fuq Facebook, sid il-mutur talab biex il-ġar li tarlu s-sufan, li x’aktarx kien qed jintuża f’xi gallarija, jagħmel kuntatt miegħu hekk kif għandu xi ħsarat li l-kumpanija tal-assigurazzjoni mhix se tkun qed tieħu ħsieb.
Sostna li hu jemmen li għandu ġirien b’qalb tajba u li għandu fiduċja li se jikkuntattjawh. Hu talab l-għajnuna ta’ kulħadd biex ixerrdu dan il-messaġġ sabiex tasal għand sid is-sufan.