Raġel ta’ 56 sena minn Turin spiċċa jsofri minn diżabilità permanenti wara li waqa’ qattus li jiżen 6kg fuq rasu.
Rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li l-qattus waqa’ għoli ta’ tmien sulari minn gallarija għal fuq ras il-vittma, li dak il-ħin kien miexi fit-triq.
Sfortunatament, il-qattus miet mad-daqqa, u r-raġel qed isofri minn diżabiltà permanenti f’ rasu.
Jidher li sid il-qattus ingħatat multa mill-Pulizija, iżda issa mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin minħabba li ma ħaditx ħsieb li tipprevjeni l-qattus milli jaqa’ mill-gallarija u jweġġa’ lir-raġel.