Dak li kellu jkun vjaġġ ta’ xiri għall-Milied fi tmiem il-ġimgħa ma marx kif mistenni. In-nanna tat-tifel ta’ tliet snin Acen King saqet lejn JC Penney f’ Arkansas fejn ftit wara it-tifel inqatel wara sparatura fil-karozza tagħha Dodge Charger.
“Sparaw lin-neputi tiegħi” bdiet tgħid lill-Pulizija n-nanna taċ-ċkejken. L-għajjat u l-biki ta’ din il-mara kisru l-ħemda tal-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. It-telefonata tan-nanna li kienet qed tieħu ħsieb dan it-tifel turi biċ-ċar l-emozzjoni u x-xokk li ħadet wara dan l-aċċident. Bla dubju li ċ-ċkejken ma kellhu l-ebda ħtija f’dan il-każ.
Matul il-jum tat-Tlieta u l-Erbgħa, l-Pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha bl-għan li ssib il-qattiel filwaqt li offrew is-somma ta’ $40,000 għal informazzjoni li twassal għall-arrest ta’ dan il-persuna. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ma jidher li hemm ebda relazzjoni bejn il-familjari tat-tifel u l-qattiel.