Il-forzi tas-sigurtà Sudaniżi sparaw gass tad-dmugħ fuq numru ta’ dimostranti li kienu qed jieħdu sehem fi protesti favur id-demokrazija fil-kapitali, sabiex jikkontrollaw il-folla.
Qed jiġi rrapportat ukoll li bosta ġew arrestati mill-istess forzi.
Ma’ dawn id-dimostranti ngħaqdu magħhom oħrajn fi bliet oħra fis-Sudan, hekk kif bħalisa qed jissejħu n-nies biex joħorġu jipprostestaw kontra l-kolp ta’ stat ta’ nhar il-25 ta’ Ottubru li għadda.
Id-dimonstranti li niżlu fit-toroq, qed jitolbu biex il-militar, li ħataf il-poter fil-pajjiż, jgħaddi t-tmexxija tal-istess pajjiż lura lill-Prim Ministru Abdalla Hamdok.
Hamdok bħalissa qed jinżamm arrestat fid-dar tiegħu, filwaqt li qed jiġi sfurzat jikkopera mal-forzi militari.
Ritratt: AFP