Żewġ irġiel, ta’ 36 sena minn Ħaż-Żabbar u ta’ 35 sena mill-Għargħur, sparaw fuq l-istess tajra, b’konsegwenza li laqtu l-xulxun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u għoxrin ta’ filgħodu, f’xi għelieqi, fi Triq San Anard, fl-akwati ta’ Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kawża ta’ dan, ir-raġel ta’ 36 sena ittieħed l-Isptar għall-kura, filwaqt li r-raġel l-ieħor ittieħed f’ċentru tas-saħħa.
Minkejja dan huma sofrew biss ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.