Ilbieraħ għall-ħabta tas-19.30, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm xi sparaturi ġewwa x-Xatt tal-Gżira.
Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, mid-Dipartiment tal-Investigazjonijiet Kriminali u dawk tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li żewġ persuni kienu fil-pussess ta’ armi magħmulin mill-plastik, li jisparaw boċċi żgħar tal-plastik (BB guns) u li allegatament ftit qabel dawn kienu qed jużawhom fid-direzzjoni tal-papri li kien hemm fil-baħar.
F’dak il-ħin, raġel li kien fil-viċinanzi allegatament qalilhom biex jieqfu, fejn wieħed miż-żewġ persuni ħarab minn fuq il-post, filwaqt li l-persuna l-oħra ġie mwaqqaf mill-istess raġel u nżamm sakemm waslu l-Pulizija.
Il-Pulizija ħadu l-verżjonijiet tal-persuni preżenti u wara ftit tal-ħin, il-persuna li allegatament kien għamel użu mill-imsemmi BB gun, ġie rilaxxat.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.