Kumpanija ferrovjarja fil-Ġappun skużat ruħha wara li waħda mill-ferroviji tagħha telqet 20 sekonda kmieni.
Uffiċċjali mill-kumpanija li topera l-linja tal-ferrovija ‘Tsukuba Express’ bejn Tokyo u l-belt ta’ Tsukuba qalu li “sinċerament jiskużaw ruħhom għall-inkonvenjent” ikkawżat.
F’dikjarazzjoni, il-kumpanija qalet li l-ferrovija kienet skedata li titlaq fid-9:44:40 ħin tal-Ġappun iżda minflok telqet fid-9:44:20.
Bosta nies fuq l-midja soċjali rreaġixxew għall-apoloġija tal-kumpanija b’sorpriża.