Fi stqarrija, Heritage Malta qalet li partijiet minn tliet ħitan m’ogħla kważi tliet metri u fdalijiet strutturali Rumani oħra nstabu waqt skavar ħdejn id-Domus Romana, fir-Rabat.
Intqal li skont l-indikazzjonijiet s’issa juru li l-fdalijiet strutturali x’aktarx li kellhom użu domestiku.
Heritage Malta sostniet li din is-sejba hija pass ieħor ’il quddiem biex wieħed jifhem is-sehem ta’ dawn l-istrutturi fil-ħajja ta’ kuljum u l-mod kif kienet imqasma l-belt antika Rumana magħrufa bħala Melite.
Intqal li din l-iskoperta se tgħin biex wieħed jifhem aħjar l-iskavi li saru f’din iż-żona minn Sir Temi Zammit madwar mitt sena ilu.
Din is-sejba saret waqt skavar tal-proġett intenazzjonali dwar id-Domus Romana u l-inħawi tal-madwar.
Din is-sejba saret waqt skavar tal-proġett intenazzjonali dwar id-Domus Romana u l-inħawi tal-madwar.
Dawn kienu jikkonsistu minn erbgħin arkeologu, Maltin u barranin. Apparti dawn il-ħitan instabu wkoll numru ta’ artifatti fosthom fuħħar u anki moxt ta’ żmien ir-Rumani.