F’Kajr, l-Eġittu nstabu 40 tebut tal-ġebel, għexierin ta’ statwetti u ġizirana li fuqha hemm miktub “Is-Sena t-Tajba”, li huwa mifhum li huma mis-sena 305 Q.K.Is-sit fejn instabu dawn l-oġġetti għandu storja ta’ 2,000, li skont il-Ministru tal-Antikitajiet Eġizzjan, Khaled El-Enany qal li x-xogħol ta’ skavar se jieħu madwar ħames snin.
Huwa maħsub li dawn l-oqbra u l-affarijiet skoperti jappartjenu ta’ qassisin t’alla Eġizzjan Thoth. F’dawn l-oqbra nstabu 13-il iġsma, madwar elf statwetta u mijiet t’affarijiet imkissrin.
L-affarijiet se jkunu qegħdin jiġi kkonservati ħalli jibqu fl-aqwa stat possibli.