Illum għall-ħabta tal-11.15 a.m seħħ inċident fi Triq Telgħet Selmun, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni kien skiddja mutur tat-tip Ducati, misjuq minn raġel ta’ 35 sena, residenti l-Birgu.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Iktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.