Bħalissa, grupp ta’ forzi dixxiplinati għaddejjin b’ħidma biex jiskenjaw l-eluf ta’ rigali qed jitpoġġew taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
Dan bħala parti mill-inizjattiva ‘Rigali b’Imħabba’, li qed issir minn mart il-Prim Ministru Lydia Abela u bintha Giorgia Mae.
F’filmat fuq il-midja soċjali, mart il-Prim Ministru appellat lin-nies li għad baqalhom sas-sitta tal-lejla biex ipoġġu r-rigali taħt din is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
Dawn ir-rigali se jkunu qed jitqassmu lil tfal bi sfidi soċjali sabiex b’hekk dawn it-tfal ikollhom Milied aħjar.