Ħadd ma weġġa’ f’serqa minn ħanut fl-Imsida li seħħet il-Ġimgħa filgħaxija.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li s-serqa seħħet għall-ħabta ta’ 20:45 minn ħanut fi-Triq il-Makna tas-Serrar.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes berritta, nuċċali u maskra, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, Indjan ta’ 32 sena mill-Imsida, filwaqt li beda jheddu li jitfa l-aċtu fuqu.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.