Żewġ fotografi li saru famużi fid-dinja ta’ Instagram, Jack Morris u Lauren Bullen, riċentament irċevew aħbar stramba. Din l-aħbar kienet tgħid li żewġ persuni oħra qed isegwu kull pass tagħhom, kemm fil-pajjiżi li jżuru u kif ukoll ir-ritratti li bdew jieħdu.
Kienu diversi individwi fost iż-żewġ miljun persuna li qed issegwihom li nnotifikawhom dwar din is-sejba vera stramba.
Jidher li din il-koppja ħolqot profil fejn qed taqsam ritratti li mhux biss qed ikunu fl-istess lokalità iżda saħansitra qed jippużaw u jiġbdu l-istess ritratti.
Lauren sostniet li “Meta jkollok numru kbir ta’ segwaċi tesperjenza diversi esperjenzi li forsi ma tinzertax fil-ħajja ta’ kuljum. Iżda din kienet waħda mill-aktar strambi li qatt ġrat s’issa.”