Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija Mevlüt Çavuşoğlu f’Antalya.
Flimkien il-Ministri ddiskutew kif jistgħu jsaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma politiċi u dawk kummerċjali ta’ investiment.
Huma sostnew dwar l-importanza tal-koperazzjoni fis-settur tal-immigrazzjoni bejn Malta, it-Turkija u l-Libja, dwar l-immigrazzjoni irregolari mill-Libja, u d-deċiżjoni tat-Turkija li tibgħat żewġ patrol boats lill-gwardja tal-kosta Libjana biex tassisti f’dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna.
Għaldaqstant il-Ministru Bartolo qal li bis-saħħa ta din il-koperazzjoni, il-gwardja tal-kosta Libjana żammet mat-3,700 immigrant milli jaslu Malta u stqarr qal li Malta hija favur il-paċi u l-istabbiltà u li jkompli il-waqfien mill-ġlied biex il-Libjani isibu mod kif jingħaqdu u jmexxu pajjiżhom għal ġid tal-Libjani stess.
Il-Ministru Bartolo qal li l-proposta tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel li ssir konferenza dwar it-tensjoni fil-Lvant tal-Mediterran hija idea tajba u għandha tinkludi ukoll x’futur l-Unjoni Ewropea trid tibni mat-Turkija għall-ġid taż-żewġ naħat.