Kliem iebes għas-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, u l-mod xejn ġust li bih imxew l-istituzzjonjiet mal-familja Muscat fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant.
A void, u shattered kien il-mod kif l-editorjal tat-Times of Malta ddeskriva l-qagħda li ġabu l-Partit Nazzjonalista fih Simon Busuttil u Adrian Delia. Intqal li jekk Delia ma jistax jikseb l-appoġġ tal-Partit tiegħu stess, għandu jwarrab mit-tmexxija.
Jisħaq li la darba d-Deputati Nazzjonalisti mhux qed jaraw id-diżappunt f’għajnejn il-partitarji tagħhom, ma ħaqqhomx ikunu eletti.
Kienet innutata wkoll is-siwtazzjoni ‘imbarazzanti’ u ‘offensiva’ li jinsab fiha l-Partit, hekk kif sittax-il Membru Parlamentari Nazzjonalista ffirmaw ittra biex il-Kap Delia ma jissospendix lil Simon Busuttil mill-Partit wara li rikeb fuq il-gidba ta’ Daphne Caruana Galizia fil-konfront tal-familja tal-Prim Ministru, u l-kumpanija Egrant.
Iżda t-times tisħaq li l-ħtija mhix kollha ta’ Delia li n-New Way tiegħu falliet, għax Simon Busuttil, laħaq falla qablu. Intant, l-editorjal ta’ The Malta Independent innota kif l-ebda istituzzjoni ma ħarġet tipproteġi lil ulied il-Prim Ministru fl-eqqel tal-allegazzjonijiet dwar Egrant. Qal li huwa fid-dmir tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna li jwettqu l-missjoni tagħhom.
Is-silenzju ta’ dawn l-istituzzjonijiet għadu għaddej anke issa li ġiet ippubblikata l-inkjesta, u qal li dan huwa ta’ nuqqas f’għajnejn il-vittimi u l-innoċenti.
L-editorjal innota wkoll kif l-Arċisċof kien pront biex juri solidarjetà ma’ wlied Daphne Caruana Galizia iżda s’issa għadu ma lissinx kelma dwar it-fal ta’ Joseph u Micelle Muscat.