Missier ta’ ħamsa u sittin sena mis-Siġġiewi ntbagħat tmien snin ħabs wara li nstab ħati li isforza lil ibnu ta’ seba’ snin ikollu x’jaqsam ma’ prostituta biex ma jitlax gay.
Il-każ seħħ ħames snin ilu meta t-tifel kien għad kellu biss seba’ snin fejn kienu żewġ prostituti li għamlu rapport mal-Aġenzija Appoġġ li għamlu rapport b’rabta ma’ dan il-każ. Il-każ minn hemm għadda għand il-Pulizija.
Minn investigazzjoni li saret jidher li r-raġel għandu żewġt iqraba li huma omosesswali u kien għalekk li l-missier sforza lil ibnu jkollu x’jaqsam ma’ prostituta. Instab ukoll li r-raġel kien jieħu waħda min-nisa għall-prostituzzjoni fil-Marsa fejn anke lilha kien jisfurzaha tmur ma’ ibnu.
Kien minn hemm li l-Pulizija flimkien ma’ ħaddiema soċjali li kellmu lit-tifel fejn qalilhom kif missieru kien heddu li jitfgħu f’istitut jekk jitkellem.
Il-missier wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu fejn il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli għażlet li temmen il-verżjoni kemm taż-żewġ nisa kif ukoll tat-tifel.
Hi kkundannat lill-missier tmien snin ħabs kif ukoll ħarġet ordni ta’ protezzjoni ta’ tliet snin fuq in-nisa u t-tifel.