Eluf ta’ dimostranti ħarġu jipprotestaw minkejja li matul il-lejl li għadda l-awtoritajiet fil-Myanmar wettqu diversi rejds u arrestaw persuni li qed jisfidaw l-ordnijiet tagħhom.
L-armata tal-pajjiż ħabbret ukoll li s-Sibt biss, inħareġ mandat ta’ arrest għal seba’ attivitsti prominenti tal-Oppożizzjoni.
Il-militar tal-pajjiż ħataf il-poter fl-1 ta’ Frar, u minn dakinhar sa issa, ġew arrestati aktar minn 350 persuna li ħarġu jipprotestaw kontrihom.