Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo għamel sfida lit-tfal li qed jattendu skola sajf biex matul ix-xhur tas-sajf jaqraw ħames kotba. Dan sar bħala parti mill-kampanja Aqra Sajf liema kampanja qed biex matul ix-xhur tas-sajf, it-tfal ma jabbandunawx il-qari.
Il-kampanja qed issir ukoll fid-dawl tal-fatt li r-riċerka turi li l-istudenti li jaqraw fis-sajf imorru aħjar fl-iskola.
Bil-għan li l-kampanja Aqra Sajf tkun aktar innovativa personalitajiet lokali se jkunu ambaxxaturi tal-qari u se jżuru ċ-ċentri skola sajf.