Alfie Gatt, pittur bravissimu ta’ 33 sena, qed itella’ it-tieni esebizzjoni b’pitturi mill-isbaħ fil-qalba tal-Belt Valleta.
Huwa ddeskriva l-pittura bħala mument li fih jinqata’ minn din id-dinja u jidħol f’dinja oħra.
Spjega kif huwa artist kemxejn differenti, hekk kif jiffoka aktar fuq it-teknoloġiija moderna u kif din qed taffetwa lill-bnedmin u l-attitudni tagħhom:
“Fuq ix-xogħol tiegħi, dik li xtaqt nitkellem jiena, kemm għadu llum il-ġurnata l-bniedem jieqaf u jaħseb fuq xi ħaġa nostaliġika, ħsibijiet sbieħ, ħsibjiet koroh, ħsibijiet anke kreattivi, jew anke entertaining lilek innifsek”.
Bil-pitturi tiegħu wkoll, Gatt xtaq juri li bil-ħajja mgħaġġla tal-lum, il-poplu sar mitluf qisu nagħġa mingħajr ir-ragħaj:
“Dik li xtaqt noħroġ fl-artworks tiegħi, li bħala ħsibijiet tal-passat, tan-natura, ambjent li konna nagħtu kas madwarna qiegħdha tonqos u dak li pruvajt noħloq bħala kisbiet tax-xogħol tiegħi”.
Kull min jixtieq jattendi, baqgħalu ċ-ċans jitpaxxa b’dawn il-pitturi sas-17 ta’ Novembru li ġej.