Il-Pulizija ta’ kontra t-terrorizmu fl-Awstralja waqqfet suspettat ta’ attakk bomba fuq ajruplan dan bil-għan li jinqered għal kollox.
Qal dan il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull wara li matul il-lejl li għadda fl-Awstralja ġew arrestati erba’ persuni f’Sydney dan wara rejds intensivi mill-Pulizija.
L-investigaturi qed jgħidu li dawn ir-rejds kienu wħud mill-operazzjonijiet maġġuri fil-konfront tat-terroriżmu u fost dawn qed tiżdied iżjed is-sigurtà f’ajruporti internazzjonali.
Rapport internazzjonali rrappurtaw li r-rejds tal-Pulizija saru f’Sydney, Lakemba, Wiley Park u Pounchbowl.