Ivan Bartolo, kandidat Nazzjonalista fuq ir-raba’ distrett qal li ma għadux jagħraf il-Partit Nazzjonalista li tant kien iħobb.
Il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech reġa’ beda jaffaċċja aktar irtirar u riżenji.
Fuq facebook, Bartolo qal li se jkun qed jirtira mill-politika.
L-aħħar sigħat kienu turbulenti ħafna fil-Partit Nazzjonalista wara t-tielet telfa elettorali konsekuttiva u l-akbar waħda fl-istorja ta’ Malta sovrana.
Dan l-irtirar u riżenji mistenni jkompli fuq dak tal-bidu tal-kampanja elettorali meta propju fl-ewwel jum, erba’ Deputati Nazzjonalisti; Clyde Puli, Kristy Debono, Mario Galea u Claudio Grech għażlu li ma jikkontestawx l-elezzjoni ġenerali.
Dan l-irtirar xokkanti f’daqqa nnutah il-ġurnalist t’esperjenza Saviour Balzan, li fuq il-Maltatoday kiteb li l-irtirar f’daqqa fil-Partit ta’ Bernard Grech ħalla ħofra f’daqqa.