Erba’ xhur qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, il-Professur Alexi Dingli ħabbar li rriżenja uffiċjalment minn Sindku tal-Belt Valletta.
Fuq Facebook, Dingli qal li ssottomettu r-riżenja tiegħu kemm minn sindku kif ukoll minn kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista lis-Segretarju Eżekuttiv tal-lokalità. Huwa qal li aktar tard ippreżenta wkoll ir-riżenja tiegħu lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Qal li ddeċieda li jirriżenja għax jemmen fil-proċess demokratiku.
Dingli kien ilu Sindku tal-Belt għal dawn l-aħħar għaxar snin.