Is-Segretarju tal-Istampa tal-White House Sean Spicer irriżenja mill-kariga tiegħu.
Dan allegatament għax ma kienx kuntent bil-ħatra ta’ direttur ġdid għall-komunikazzjoni min-naħa tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.
Dan it-tibdil fil-White House jasal fost diversi investigazzjonijiet dwar allegat tbagħbis mir-Russja fl-aħħar elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.