Esther McVey, il-Ministru Ingliż għax-Xogħol, hija t-tielet Ministru mill-kabinett Ingliż biex tirreżenja minħabba Brexit.
Qabilha, irreżenja l-Ministru għal Brexit, Dominix Raab, kif ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, Suella Braverman.
Huma qalu li dan huwa abboz li huma ma jistgħux jiddefendu, u li ebda ġid ma jista’ joħroġ minn dan.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-kabinett ta’ Theresa May approva l-abbozz tagħha dwar Brexit. Ftit tal-ħin wara, Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ħabbar li l-Kunsill Ewropew se jiltaqa’ fil-25 ta’ Novembru biex jiffinalizza ftehim formali dwar Brexit.