Il-Prim Ministru tas-Sudan, Abdalla Hamdok irriżenja wara jum ieħor ta’ protesti tal-massa fil-kapitali Khartoum.
Eluf ħarġu jipprotestaw kontra ftehim riċenti li ntlaħaq mill-Prim Ministru biex jaqsam il-poter mal-armata, li f’Ottubru li għadda mexxiet kolp ta’ stat.
Id-dimostranti ħarġu jipprotestaw biex il-poter jingħata lin-nies iżda l-forzi militari ddefendew b’mod vjolenti b’riżultat li mietu żewġ persuni.
Id-deċiżjoni ta’ Hamdok li jirriżenja tħalli lill-armata f’kontroll assolut.
Din hija daqqa ta’ ħarta oħra għat-tentattivi fraġli tas-Sudan lejn tranżizzjoni demokratika wara rewwixta li kienet wasslet għat-twaqqigħ tal-President awtoritarju tas-Sudan Omar al-Bashir fl-elfejn u dsatax.
F’indirizz televiżiv, Hamdok qal li l-pajjiż jinsab fi żmien perikoluż li jhedded l-umanità fi ħdanu.