Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi rriżenja wara li l-koalizzjoni fil-Parlament sfaxxat fix-xejn hekk kif l-alleati ma vvutawx fil-vot ta’ fiduċja fi Draghi.
Huwa għadda r-riżenja tiegħu lill-Preisdent Taljan Sergio Mattarella f’laqgħa li kellu aktar kmieni illum fil-Palazz ta’ Quirinale.
Mattarella aċċetta r-riżenja ta’ Draghi filwaqt li talbu jkompli jservi fi Gvern caretaker.
Il-Membri Parlamentari fi ħdan il-koalizzjoni sfiduċjaw lil Draghi biex b’hekk il-leġiżlatura mhux se tkun qed tintemm kif skedat.
Dan ifisser li l-istess Gvern mhux ser ikun qed jimplimenta l-programm ta’ rkupru ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.