Il-Prim Ministru Lebaniż Saad al-Hariri rriżenja mill-kariga, huwa qal li għamel dan għaliex qed jibża minn attakk fuq ħajtu wara li krittika l-Iran.
Missieru li wkoll kien Prim Ministru tal-Libanu Rafik al-Hariri kien ġie assasinjat fl-2005.
Al Hariri akkuża lill-Iran li tefgħet biża u distruzzjoni f’ diversi pajjiżi inkuż il-Lebanin.
Huwa kien reġa daħal fil-kariga ta’ Prim Ministru s-sena l-oħra wara li kien diġa fil-kariga bejn l-2009 u 2011.
F’ konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar ir-rizenja huwa qal li fil-Lebanon qed taħkem il-klima li kienet ħakmet il-pajjiz qabel l-assasinju ta’ missieru, u li kien qed iħoss li qed jinħakem pjan li fil-mira tiegħu kien ħajtu.